EVERY CASE MATTERS
FIND A LAWYER NOW

Full time court attorneys



Aug. 3, 2015, noon

Gheziez Membri, Ghall-informazzjoni taghkom, il-Kamra ta' l-Avukati qed ticcirkola "email" li rceviet minghand id-Direttur Generali tal-Qorti llum 3 ta' Awwissu, 2015: Sur President Kamra tal-Avukati, "Bhal ma taf, l-amministrazzjoni tal-Qorti flimkien mal-gudikatura bhal issa ghaddejja fi process biex jigu mahtura full time Court Attorneys li, mfassla fuq il-mudell ta’ dak li jsir fi Qrati barra minn pajjizna, se jkollhom l-ghan li jaghtu assistenza lill-gudikanti fil-kamp civili b’ricerka u abbozzar tas-sentenzi.  Ahna nemmnu li din il-mizura se ssahhah l-efficjenza u se tharreg avukati waqt li ttiehom opportunitajiet godda. Fid-dawl tal-htiega urgenti li nnaqsu mill-backlog tal-kawzi fil-kamp Civili li ghal hafna snin qed jitfa’ lil pajjizna ‘l isfel fejn jidhlu ezercizzji bhalma huma l-Justice Scoreboard, gie deciz li l-metodu ta’ l-appuntament ta’ dawn il-Court Attorneys ikun b’hatra diretta mill-Amministrazzjoni tal-Qorti.  B’danakollu pero’ l-ghazla tal-persuni m’hijiex se ssir mill-Amministrazzjoni tal-Qorti, izda mill-Membri tal-Gudikatura nnifishom wara li jqisu l-hiliet rispettivi. Ghaldaqstant nitolbok tinforma lil membri tal-Kamra biex jekk hemm xi hadd mill-membri li huwa interessat li jkun ikkunsidrat ghal din il-hatra jew hatriet ohra li jista jkun hemm, ihalli c-CV tieghu fl-ufficji tieghi b’ittra bil-miktub sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgha, 22 ta’ Awissu, 2015 f’nofs in-nhar.    Nixtieq naghmilha cara li dan bl-ebda mod ma jfisser li qed issir xi sejha ufficjali ghal tali posizzjoni u Ii jew ser ikun hemm Bord ta’ ghazla.    Min juri interess m’ghandux ghalfejn jikkomunika mieghi, imma jekk ikun il-kaz, inkun jien stess li nikkomunika mieghu/maghha. Kull CV ser tinzamm b’mod kunfidenzjali, anke f’kaz li jkun hemm opportunitajiet ohra ‘l quddiem".   Frankie Mercieca Director General Courts of Justice       t: +356 25902217 e: frank.mercieca@gov.mt | www.gov.mt  Ministry For Justice, Culture and Local Government


Back to the News index